Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0618

Kawża C-618/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Concurrence SARL vs Samsung Electronics France SAS, Amazon Services Europe Sàrl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru°44/2001 — Ġurisdizzjoni — Materji ta’ delitt jew kważi delitt — Netwerk ta’ distribuzzjoni selettiva — Bejgħ mill-ġdid barra minn netwerk fuq l-internet — Azzjoni għall-waqfien ta’ dannu illegali — Rabta ta’ konnessjoni)

ĠU C 53, 20.2.2017, pp. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Concurrence SARL vs Samsung Electronics France SAS, Amazon Services Europe Sàrl

(Kawża C-618/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nruo44/2001 - Ġurisdizzjoni - Materji ta’ delitt jew kważi delitt - Netwerk ta’ distribuzzjoni selettiva - Bejgħ mill-ġdid barra minn netwerk fuq l-internet - Azzjoni għall-waqfien ta’ dannu illegali - Rabta ta’ konnessjoni))

(2017/C 053/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Concurrence SARL

Konvenuti: Samsung Electronics France SAS, Amazon Services Europe Sàrl

Dispożittiv

Il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat, għall-finijiet tal-attribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni mogħtija minn din id-dispożizzjoni sabiex tittieħed konjizzjoni ta’ azzjoni għad-danni għal ksur tal-projbizzjoni ta’ bejgħ barra minn netwerk ta’ distribuzzjoni selettiva li tirriżulta mill-offerta, fuq xi siti elettroniċi operati f’diversi Stati Membri, ta’ prodotti li huma s-suġġett tal-imsemmi netwerk, fis-sens li l-post fejn seħħ id-dannu għandu jitqies li huwa t-territorju tal-Istat Membru li jipproteġi l-imsemmija projbizzjoni ta’ bejgħ permezz tal-azzjoni inkwistjoni, territorju li fih ir-rikorrent jallega li sofra tnaqqis fil-bejgħ tiegħu.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


Top