Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0568

Kawża T-568/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 – Morgese et vs UASI – All Star

ĠU C 398, 30.11.2015, pp. 68–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/68


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 – Morgese et vs UASI – All Star

(Kawża T-568/15)

(2015/C 398/82)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giuseppe Morgese (Barletta, l-Italja), Pasquale Morgese (Barletta, l-Italja), Felice D’Onofrio (Barletta, l-Italja) (rappreżentant: D. Russo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: All Star CV (Hilversum, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “2 STAR 2S” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 1 61  065

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 1906/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, inkluż id-dispożittiv tagħha, tal-Bord;

ir-rikorrenti jitolbu l-ispejjeż ta’ dan ir-rikors u tal-proċedimenti quddiem il-Ħames Bord tal-Appell flimkien ma’ kwalunkwe miżura u/jew deċiżjoni komplimentari jew oħra li l-Qorti Ġenerali jista’ jidhrilha xieraq.

Motiv invokat

Id-deċiżjoni kkontestata waslet għal konklużjoni żbaljata dwar in-natura tat-trade marks u l-elementi tagħhom, li jista’ jkollha impatt sinjifikattiv fuq il-konsumaturi rilevanti.


Top