This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0172
Case C-172/16: Request for a preliminary ruling from the Amtsgericht Düsseldorf (Germany) lodged on 25 March 2016 — Ljiljana Kammerer, Frank Kammerer v Swiss International Air Lines AG
Kawża C-172/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Marzu 2016 – Ljiljana Kammerer, Frank Kammerer vs Swiss International Air Lines AG
Kawża C-172/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Marzu 2016 – Ljiljana Kammerer, Frank Kammerer vs Swiss International Air Lines AG
ĠU C 211, 13.6.2016, pp. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/31 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Marzu 2016 – Ljiljana Kammerer, Frank Kammerer vs Swiss International Air Lines AG
(Kawża C-172/16)
(2016/C 211/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ljiljana Kammerer, Frank Kammerer
Konvenuta: Swiss International Air Lines AG
Domanda preliminari
Il-ftehim bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità Ewropea dwar it-trasport bl-ajru tal-21 ta’ Ġunju 1999 fil-verżjoni tad-Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kumitat tat-trasport bl-ajru tal-Komunità/Svizzera tas-26 ta’ Novembru 2010 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) japplika, konformement mal-Artikolu 3(1)(a) tiegħu, għall-passiġġieri li jipprevedu li jinżlu f’ajruport Svizzeru permezz ta’ titjira provenjenti minn pajjiż terz?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).