This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0412
Case T-412/16: Judgment of the General Court of 16 January 2019 — Bena Properties v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures against Syria — Freezing of funds — Rights of the defence — Right to effective judicial protection — Obligation to state reasons — Manifest error of assessment — Right to respect for one’s good name and reputation — Right to property — Presumption of innocence — Proportionality)
Kawża T-412/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2019 – Bena Properties vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-unur u għar-rispett tar-reputazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Preżunzjoni tal-innoċenza — Proporzjonalità”)
Kawża T-412/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2019 – Bena Properties vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-unur u għar-rispett tar-reputazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Preżunzjoni tal-innoċenza — Proporzjonalità”)
ĠU C 93, 11.3.2019, pp. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2019 – Bena Properties vs Il-Kunsill
(Kawża T-412/16) (1)
((Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-unur u għar-rispett tar-reputazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Preżunzjoni tal-innoċenza - Proporzjonalità”))
(2019/C 93/51)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Bena Properties Co. SA (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Kyriakopoulou, G. Étienne u A. Vitro, sussegwentement S. Kyriakopoulou u A. Vitro u fl-aħħar nett S. Kyriakopoulou, A. Vitro u V. Piessevaux, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), kif ukoll tal-atti sussegwenti ta’ eżekuzzjoni tagħha, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16, rettifika fil-ĠU 2018, L 167, p. 36), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Bena Properties Co. SA hija kkundannata tbati kemm l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |