Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0706

Kawża T-706/16 P: Sentenza tal–Qorti Ġenerali tas–26 ta’ Ottubru 2017 – HB vs Il–Kummissjoni (“Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2014 — Eżami komparattiv tal-merti — Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess — Żball ta’ liġi”)

ĠU C 424, 11.12.2017, pp. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/33


Sentenza tal–Qorti Ġenerali tas–26 ta’ Ottubru 2017 – HB vs Il–Kummissjoni

(Kawża T-706/16 P) (1)

((“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Eżami komparattiv tal-merti - Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess - Żball ta’ liġi”))

(2017/C 424/48)

Lingwa tal-kawża: il–Franċiż

Partijiet

Appellant: HB (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016, HB vs Il-Kummissjoni (F-125/15, EU:F:2016:164), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

HB għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

3)

L-ispejjeż relattivi għall-proċedura tal-ewwel istanza jibqgħu maqsuma skont il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016, HB vs Il-Kummissjoni (F-125/15).


(1)  ĠU C 454, 5.12.2016.


Top