Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0822

Kawża T-822/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2018 – Kik Textilien und Non-Food vs EUIPO – FF Group Romania (_kix) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea _kix — Revoka tad-deċiżjoni kkontestata — Tilwima li titlef l-iskop tagħha — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Artikolu 173(1) u (2) tar-Regoli tal-Proċedura — Intervent mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell — Risposta ppreżentata wara l-iskadenza tat-terminu”)

ĠU C 166, 14.5.2018, pp. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2018 – Kik Textilien und Non-Food vs EUIPO – FF Group Romania (_kix)

(Kawża T-822/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea _kix - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tilwima li titlef l-iskop tagħha - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Artikolu 173(1) u (2) tar-Regoli tal-Proċedura - Intervent mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell - Risposta ppreżentata wara l-iskadenza tat-terminu”))

(2018/C 166/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KiK Textilien und Non-Food GmbH (Bönen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Körber u L. Pechan, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zajfert u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FF Group Romania SRL (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: A. Cavescu, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2323/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn KiK Textilien und Non-Food u FF Group Romania.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ KiK Textilien und Non-Food GmbH.

3)

FF Group Romania għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


Top