Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0793

Kawża T-793/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (Boxes)

ĠU C 22, 23.1.2017, pp. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/41


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (Boxes)

(Kawża T-793/16)

(2017/C 022/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ (Şehitkamil Gaziantep, it-Turkija) (rappreżentant: T. Tsenova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elka Zaharieva (Plovdiv, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni “Boxes” – disinn tal-Unjoni Nru 002 343 244-0002

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12/09/2016 fil-Każ R 1143/2015-3

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara invalidu RCD Nru 002343244-0002 “Bobo Cornet”; u

tikkundanna lill-EUIPO u lil Elka Zaharieva għall-ispejjeż ta’ Solen relatati mal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u relatati mal-fażi amministrattiva tal-proċedimenti, b’mod partikolari mal-proċedimenti tal-invalidità u tal-appell quddiem l-EUIPO.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikoli 62 u 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002


Top