Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0113

Kawża C-113/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky QJ (is-Slovakkja) fis-16 ta’ Marzu 2017 – QJ vs Ministerstvo vnútra SR, Migračný úrad

ĠU C 168, 29.5.2017, pp. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky QJ (is-Slovakkja) fis-16 ta’ Marzu 2017 – QJ vs Ministerstvo vnútra SR, Migračný úrad

(Kawża C-113/17)

(2017/C 168/30)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky (qorti suprema tar-Repubblika Slovakka)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QJ

Konvenut: Ministerstvo vnútra SR, Migračný úrad (Ministeru tal-Intern, Uffiċċju tal-Migrazzjoni)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (1) (riformulazzjoni) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Proċedurali”) għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li teżamina l-fondatezza tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali tal-applikant tista’, minħabba li deċiżjoni ta’ ċaħda ġiet preċedentement annullata, u l-kawża ġiet mibgħuta lura lill-awtorità amministrattiva, ripetutament wara appell li kien kull darba milqugħ, li b’dan il-mod isir ineffettiv, tiddeċiedi hija nfisha fuq l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali lill-applikant, anki jekk tali poter tal-qorti ma jirriżultax mil-leġiżlazzjoni interna?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda ta’ hawn fuq, tali poter jappartjeni wkoll lill-qorti tal-appell (qorti suprema)?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 60.


Top