This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0438
Case C-438/17: Request for a preliminary ruling from the Bundesverwaltungsgericht (Germany) lodged on 20 July 2017 — Federal Republic of Germany v Taus Magamadov
Kawża C-438/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Lulju 2017 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Taus Magamadov
Kawża C-438/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Lulju 2017 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Taus Magamadov
ĠU C 347, 16.10.2017, pp. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Lulju 2017 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Taus Magamadov
(Kawża C-438/17)
(2017/C 347/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Konvenut: Taus Magamadov
Domandi preliminari
1. |
Id-dispożizzjoni tranżitorja tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tad-Direttiva 2013/32/UE (1) tipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, fl-implementazzjoni tal-awtorizzazzjoni, iktar estiża minn dik preċedenti, mogħtija permezz tal-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE, li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hija inammissibbli meta l-applikant ikun ingħata protezzjoni sussidjarja fi Stat Membru ieħor, sa fejn, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji nazzjonali, din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tapplika wkoll għall-applikazzjonijiet ippreżentati qabel l-20 ta’ Lulju 2015? Dan japplika f’kull każ meta l-applikazzjoni għall-ażil tkun għadha taqa’ b’mod sħiħ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 konformement mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013? |
2. |
Id-dispożizzjoni tranżitorja tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tad-Direttiva 2013/32/UE tippermetti lill-Istati Membri, b’mod partikolari, li jimplementaw retroattivament l-awtorizzazzjoni iktar estiża mogħtija permezz tal-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE, b’tali mod li anki applikazzjonjiet għall-ażil ippreżentati qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2013/32/UE u qabel it-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali ta’ din l-awtorizzazzjoni iktar estiża, iżda li jkunu għadhom ma ġewx deċiżi b’mod definittiv fil-mument tat-traspożizzjoni, huma inammissibbli? |
(1) Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, p. 60).