Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0618

Kawża T-618/18: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2018 – ZI vs Il-Kummissjoni

ĠU C 455, 17.12.2018, pp. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 455/30


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2018 – ZI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-618/18)

(2018/C 455/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZI (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi li,

id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-affiljazzjoni ta’ żewġ ir-rikorrenti mal-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard (RCAM), hija annullata;

il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 13 tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn dan l-artikolu jikser l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea peress li jirrestrinġi l-portata tiegħu.


Top