This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TA0694
Case T-694/19: Judgment of the General Court of 10 March 2021 — FI v Commission (Civil service — Officials — Surviving spouse — Survivor’s pension — Articles 18, 19 and 20 of Annex VIII to the Staff Regulations — Conditions for eligibility — Duration of the marriage — Plea of illegality — Equal treatment — Proportionality)
Kawża T-694/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – FI vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Konjuġi superstiti – Pensjoni tas-superstiti – Artikoli 18, 19 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà – Tul taż-żwieġ – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità”)
Kawża T-694/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – FI vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Konjuġi superstiti – Pensjoni tas-superstiti – Artikoli 18, 19 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà – Tul taż-żwieġ – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità”)
ĠU C 163, 3.5.2021, pp. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 163/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – FI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-694/19) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Konjuġi superstiti - Pensjoni tas-superstiti - Artikoli 18, 19 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà - Tul taż-żwieġ - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità”)
(2021/C 163/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: FI (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u T. Bohr, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u J. Steele, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu u tal-1 ta’ April 2019 li jiċħdu t-talba għall-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti lir-rikorrent.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ Marzu 2019 u tal-1 ta’ April 2019 li jiċħdu t-talba għall-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti lil FI huma annullati. |
2) |
Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż ta’ FI. |
3) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |