This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0403
Case T-403/19: Action brought on 28 June 2019 — Fantuzzi v Parliament
Kawża T-403/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Fantuzzi vs Il-Parlament
Kawża T-403/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Fantuzzi vs Il-Parlament
ĠU C 280, 19.8.2019, pp. 47–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280/47 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Fantuzzi vs Il-Parlament
(Kawża T-403/19)
(2019/C 280/65)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Giulio Fantuzzi (Correggio, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara ineżistenti jew tannulla b’mod sħiħ il-miżura li biha r-rikorrent ġie informat permezz tal-komunikazzjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tad-determinazzjoni preċedenti tal-pensjoni; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lura s-somom kollha miżmuma indebitament li għandhom jiġu miżjuda bl-interessi legali mid-data taż-żamma sad-data tal-ħlas u tikkundanna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza li tingħata u jieħu l-passi, l-atti jew il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi ggarantita r-rikostituzzjoni tal-miżura oriġinali tal-pensjoni; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.