This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0132
Case C-132/20: Request for a preliminary ruling from the Sąd Najwyższy (Poland) lodged on 10 March 2020 — BM, DM and EN v Getin Noble Bank SA
Kawża C-132/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fl-10 ta’ Marzu 2020 – BM, DM, EN vs Getin Noble Bank S.A.
Kawża C-132/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fl-10 ta’ Marzu 2020 – BM, DM, EN vs Getin Noble Bank S.A.
ĠU C 209, 22.6.2020, pp. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fl-10 ta’ Marzu 2020 – BM, DM, EN vs Getin Noble Bank S.A.
(Kawża C-132/20)
(2020/C 209/17)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti: BM, DM, EN
Appellata: Getin Noble Bank S.A.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 2, 4(3), 6(1) u (3) kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1)TUE moqrija flimkien mal-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Karta”) u mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, l-Artikolu 38 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li korp li fih tokkupa kariga persuna maħtura għall-ewwel darba jew b’mod sussegwenti (f’qorti ta’ istanza ogħla) sabiex taqdi l-funzjoni ta’ mħallef minn korp eżekuttiv politiku tal-Istat f’sistema ta’ poter li tkun totalitarja, mhux demokratika u komunista (“Rada Państwa Polskiej Rzeczypospolitej Ludowej” [Il-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika Popolari tal-Polonja]) fuq talba tal-Ministru għall-Ġustizzja ta’ dan l-Istat, huwa qorti indipendenti u imparzjali u għandu l-kwalifiki rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fid-dawl 1) tan-nuqqas ta’ trasparenza tal-kriterji ta’ ħatra, 2) tal-possibbiltà ta’ tkeċċija tal-imħallef fi kwalunkwe mument, 3) tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tal-korp awtonomu tal-ġudikatura fil-proċeduri ta’ ħatra, kif ukoll 4) tal-korpi pubbliċi rilevanti fformati f’elezzjonijiet demokratiċi – liema fatti jkunu jistgħu jqiegħdu inkwistjoni l-fiduċja li l-qrati għandhom jispiraw f’soċjetà demokratika? |
2) |
Il-fatt li l-ħatra fil-kariga ta’ mħallef f’pożizzjonijiet sussegwenti (fi qrati ta’ istanzi ogħla) setgħet seħħet bħala r-riżultat tar-rikonoxximent tal-perijodu rilevanti (ta’ anzjanità) fis-servizz, kif ukoll fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni professjonali tal-pożizzjoni li għaliha din il-persuna nħatret mill-inqas għall-ewwel darba mill-korp politiku msemmi fl-ewwel domanda u fuq il-bażi tal-proċedura elenkata fl-imsemmija domanda – liema fatt ikun jista’ jqiegħed inkwistjoni l-fiduċja li l-qrati għandhom jispiraw f’soċjetà demokratika – huwa rilevanti għas-soluzzjoni tal-kwistjoni ddeterminata fl-ewwel domanda? |
3) |
Il-fatt li l-ħatra fil-kariga ta’ mħallef f’pożizzjonijiet sussegwenti (fi qrati ta’ istanzi ogħla bl-eċċezzjoni tas-Sąd Najwyższy [il-Qorti Suprema, il-Polonja]) ma kinitx tiddependi mill-ġurament tal-imħallef li josserva l-valuri ta’ soċjetà demokratika, u li fl-ewwel ħatra tagħha l-persuna tat il-wegħda li tiddefendi s-sistema politika tal-Istat komunista u l-hekk imsejħa “saltna tad-dritt tal-poplu” – liema fatt ikun jista’ jqiegħed inkwistjoni l-fiduċja li l-qrati għandhom jispiraw f’soċjetà demokratika – huwa rilevanti għas-soluzzjoni tal-kwistjoni ddeterminata fl-ewwel domanda? |
4) |
L-Artikoli 2, 4(3), 6(1) u (3) kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1)TUE moqrija flimkien mal-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta u mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, l-Artikolu 38 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li korp li fih tokkupa kariga persuna maħtura għall-ewwel darba jew b’mod sussegwenti (f’qorti ta’ istanza ogħla) sabiex taqdi l-funzjoni ta’ mħallef bi ksur flagranti tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl tan-nuqqas ta’ konformità fil-kompożizzjoni tal-korp li jagħżel lil din il-persuna bħala kandidat u li sussegwentement tinħatar imħallef (Krajowa Rada Sądownictwa [il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura, il-Polonja]) mal-kostituzzjoni tal-Istat Membru, kif ġie stabbilit mill-qorti kostituzzjonali tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea – liema fatt ikun jista’ konsegwentement iqiegħed inkwistjoni l-fiduċja li l-qrati għandhom jispiraw f’soċjetà demokratika – huwa qorti indipendenti u imparzjali u għandu l-kwalifiki rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea? |
5) |
L-Artikoli 2, 4(3), 6(1) u (3) kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1)TUE moqrija flimkien mal-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta u mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, l-Artikolu 38 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li korp li fih tokkupa kariga persuna maħtura għall-ewwel darba jew b’mod sussegwenti (f’qorti ta’ istanza ogħla) sabiex taqdi l-funzjoni ta’ mħallef magħżula bħala kandidat għal din il-kariga fi proċedimenti quddiem il-korp ta’ evalwazzjoni ta’ kandidati (Krajowa Rada Sądownictwa [il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura]), fejn dawn il-proċedimenti ma jissodisfawx il-kriterji ta’ pubbliċità u ta’ trasparenza tar-regoli ta’ għażla ta’ kandidati – liema fatt ikun jista’ jqiegħed inkwistjoni l-fiduċja li l-qrati għandhom jispiraw f’soċjetà demokratika – huwa qorti indipendenti u imparzjali u għandu l-kwalifiki rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea? |
6) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1), l-Artikoli 2, 4(3) kif ukoll l-Artikolu 6(3) TUE moqrija flimkien mal-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta kif ukoll mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, l-Artikolu 38 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex tiżgura protezzjoni ġudizzjarja effettiva bil-għan li tipprevjeni użu sistematiku ta’ klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi minn bejjiegħa u fornituri ma’ konsumaturi, qorti tal-aħħar istanza ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (Sąd Najwyższy [il-Qorti Suprema]) hija meħtieġa tevalwa ex officio f’kull stadju tal-proċeduri, jekk:
|
7) |
L-Artikoli 2, 6(1) u (3) kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1)TUE moqrija flimkien mal-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Karta u mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, l-Artikolu 38 tal-Karta u l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea dwar l-organizzazzjoni tal-qrati jew dwar il-ħatra tal-imħallfin li jipprekludu l-evalwazzjoni tal-effettività tal-ħatra ta’ mħallef jistgħu, konformement mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, jostakolaw il-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ indipendenza tal-qorti jew tan-nuqqas ta’ imparzjalità tal-imħallef li jkun sedenti fiha minħabba ċ-ċirkustanzi msemmija fl-ewwel sal-ħames domanda? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.