Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0068

Kawża T-68/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ EST 1929) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAUZ EST 1929 – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HOUZZ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

ĠU C 163, 3.5.2021, pp. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ EST 1929)

(Kawża T-68/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAUZ EST 1929 - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HOUZZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 163/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hauz 1929 Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Lyberis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Houzz, Inc. (Palo Alto, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2019 (Każ R 885/2019-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Houzz u Hauz 1929.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hauz 1929 Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020.


Top