Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/155/15

Kawża C-169/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) fit- 30 ta' Marzu 2007 — Hartlauer Handelsgesellschaft m.b.H. vs Wiener Landesregierung u Oberösterreichische Landesregierung

ĠU C 155, 7.7.2007, pp. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 155/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) fit-30 ta' Marzu 2007 — Hartlauer Handelsgesellschaft m.b.H. vs Wiener Landesregierung u Oberösterreichische Landesregierung

(Kawża C-169/07)

(2007/C 155/15)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hartlauer Handelsgesellschaft m.b.H.

Konvenuti: Wiener Landesregierung u Oberösterreichische Landesregierung

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 43 KE (flimkien ma' l-Artikolu 48 KE) jipprekludi l-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tistipula li hemm bżonn ta' awtorizzazzjoni għall-ftuħ ta' klinika privata fil-forma ta' klinika outpatient dentali indipendenti (klinika dentali) u din l-awtorizzazzjoni għandha tiġi miċħuda jekk, skond l-għan ta' l-istituzzjoni indikat fl-applikazzjoni u l-medda ta' servizzi li huwa previst li se toffri, ma jeżisti, fid-dawl tal-kura diġà offerta minn tobba stabbiliti li jaħdmu fuq bażi kuntrattwali ma' fondi ta' assigurazzjoni tas-saħħa, istituzzjonijiet li jappartjenu għal fondi ta' assigurazzjoni tas-saħħa u istituzzjonijiet li għandhom kuntratt ma' fondi ta' assigurazzjoni tas-saħħa u minn dentisti stabbiliti li jaħdmu fuq bażi kuntrattwali ma' fondi ta' assigurazzjoni tas-saħħa, ebda bżonn għall-klinika dentali proġettata?

2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda tista' tkun differenti jekk il-verifika tal-bżonnijiet għandha tieħu in kunsiderazzjoni wkoll il-kuri offerti minn kliniċi outpatient ta' sptarijiet pubbliċi, privati li m'għandhomx l-għan li jagħmlu profitt u sptarijiet oħra li joperaw fuq bażi kuntrattwali?


Top