Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/183/42

Kawża C-274/07: Rikors imressaq fis- 7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir- Repubblika tal-Litwanja

ĠU C 183, 4.8.2007, pp. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/24


Rikors imressaq fis-7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir- Repubblika tal-Litwanja

(Kawża C-274/07)

(2007/C 183/42)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u A. Steiblytė, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Litwanja

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma rnexxilhiex tassigura fil-prattika li l-awtoritajiet li jimmaniġġaw l-emerġenzi jingħataw, safejn huwa teknikament possibbli, tagħrif dwar il-lok ta' min jagħmel is-sejħa għal kull min isejjaħ in-numru uniku Ewropew ta' sejħa ta' emerġenza 112 min-networks pubbliċi tat-telefon, ir-Repubblika tal-Litwanja naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE (1) dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali);

tordna lir-Repubblika tal-Litwanja tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skada fl-24 ta' Lulju 2003.


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.


Top