This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0124
Case C-124/17: Request for a preliminary ruling from the Vergabekammer Südbayern (Germany) lodged on 10 March 2017 — Vossloh Laeis GmbH v Stadtwerke München GmbH
Kawża C-124/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vergabekammer Südbayern (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Marzu 2017 – Vossloh Laeis GmbH vs Stadtwerke München
Kawża C-124/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vergabekammer Südbayern (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Marzu 2017 – Vossloh Laeis GmbH vs Stadtwerke München
ĠU C 178, 6.6.2017, pp. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 178/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vergabekammer Südbayern (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Marzu 2017 – Vossloh Laeis GmbH vs Stadtwerke München
(Kawża C-124/17)
(2017/C 178/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Vergabekammer Südbayern
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vossloh Laeis GmbH
Konvenuta: Stadtwerke München
Domandi preliminari
1. |
Dispożizzjoni ta’ Stat Membru li teżiġi li, sabiex jikseb awtoriabilitazzjoni, operatur ekonomiku għandu jikklarifika totalment il-fatti u ċ-ċirkustanzi relatati mar-reat jew man-nuqqas u d-dannu hekk ikkawżat, billi jikkollabora attivament, mhux biss mal-awtoritajiet investigattivi, iżda wkoll mal-awtorità kontraenti, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 80 tad-Direttiva 2014/25/UE (1) moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24/UE (2)? |
2. |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24/UE għandu f’dan il-kuntest jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jikseb awtoriabilitazzjoni, l-operatur ekonomiku kkonċernat huwa fi kwalunkwe każ marbut li jinforma lill-awtorità kontraenti bil-fatti b’mod li jippermetti lil din tal-aħħar tevalwa jekk il-miżuri ta’ awtoriabilitazzjoni meħuda (miżuri tekniċi, organizzattivi u tal-persunal u kumpens għad-dannu) humiex xierqa u suffiċjenti? |
3. |
Fil-każijiet ta’ esklużjoni fakultattiva previsti fl-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/24/UE, il-perijodu massimu ta’ esklużjoni jew it-terminu ta’ esklużjoni previst fl-Artikolu 57(7) tad-Direttiva 2014/24/UE huwa ta’ tliet snin dekorribbli mill-avveniment rilevanti. B’“avveniment rilevanti” għandu wieħed jifhem it-twettiq tar-raġunijiet ta’ esklużjoni previsti fl-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/24/UE jew il-mument determinanti huwa dak meta l-awtorità kontraenti jkollha informazzjoni ċerta u konkreta dwar l-eżistenza tar-raġuni ta’ esklużjoni? |
4. |
Konsegwentement, fil-każ ta’ esklużjoni previst fl-Artikolu [57](4)(d) tad-Direttiva 2014/24/UE, meta operatur ekonomiku jipparteċipa f’akkordju, l-avveniment rilevanti kkonċernat fis-sens tal-Artikolu [57](7) tad-Direttiva 2014/24/UE huwa t-tmiem tal-parteċipazzjoni fl-akkordju jew il-ksib mill-awtorità kontraenti ta’ informazzjoni ċerta u konkreta dwar il-parteċipazzjoni f’akkordju? |
(1) Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE, ĠU L 94, p. 243.
(2) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, ĠU L 94, p. 65.