32004D0019



Official Journal L 005 , 09/01/2004 P. 0084 - 0084


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Diċembru 2003

li temenda d-Deċiżjoni Nru 2003/812/KE li tikteb elenki ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għall-konsum uman bla ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 5046)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/19/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tniżżel ħtiġiet ta’ saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti li mhumiex soġġetti għall-ħtiġiet imsemmija qabel stabbiliti f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) għad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rispett ta’ patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif l-aħħar emendata minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/721/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2)(a) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/812/KE [3] tikteb elenki ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għall-konsum uman bla ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE.

(2) Sabiex din il-leġislazzjoni tidħol fis-seħħ fl-istess żmien bħal-leġislazzjoni oħra li tniżżel l-elenki ta’ pajjiżi u ċertifikazzjoni għal prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman hu meħtieġ li tiġi pposposta d-data ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2003/812/KE mill-1 ta’ Jannar 2004 sa l-1 ta’ Mejju 2004.

(3) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 2003/812/KE għall-kliem "1 ta’ Jannar 2004" għandhom jiġu sostitwiti l-kliem "1 ta’Mejju 2004".

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 62, 15.03.93, p. 49.

[2] ĠU L 260, 11.10.03, p. 21.

[3] ĠU L 305, 22.11.03, p. 17.

--------------------------------------------------