16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
205 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI
tas-6 ta’ Lulju 2006
li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej
(2006/546/Euratom)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, b'mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,
Billi:
Skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, jsir tiġdid parzjali tal-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja kull tliet snin għal mandat ta' sitt snin. Għall-perijodu bejn is-7 ta' Ottubru 2006 sas-6 ta' Ottubru 2012, il-gvernijiet ta' l-Istati Membri għad iridu jaħtru imħallef sabiex jikkompletaw il-ħatra tat-tnax-il imħallef u l-erba' avukati ġenerali li saret fis-6 ta' April 2006,
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Thomas VON DANWITZ huwa maħtur imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu bejn is-7 ta' Ottubru 2006 u s-6 ta' Ottubru 2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussel, 6 ta’ Lulju 2006.
Il-President
E. KOSONEN