8.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 285/33 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Settembru 2008 — Nortrail Transport vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-496/04) (1)
(“Unjoni doganali - Operazzjoni ta' tranżitu Komunitarju estern - Prodotti tas-sajd min-Norveġja - Talba għal ħlas lura u maħfra ta' dazji fuq l-importazzjoni - Klawżola ta' ekwità - Regolamenti (KEE) Nru 2913/92 u Nru 2454/93 - Ċirkustanzi speċjali - Ftuħ retroattiv ta' kwoti tat-tariffa’)
(2008/C 285/59)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nortrail Transport GmbH (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krause, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel B. Schima u J. Hottiaux, imbagħad B. Schima u M. Patakia, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (REM 15/02), tal-1 ta' Ottubru 2004, li tikkonstata li l-ħlas lura tad-dazji fuq l-importazzjoni favur ir-rikorrenti, kif mitlub mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mhuwiex iġġustifikat.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Nortrail Transport GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni. |