8.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 285/38 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' 17 ta' Settembru 2008 — FVB vs UASI FVD (FVB)
(Kawża T-10/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali FVB - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FVD - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Article 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 285/68)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: FVB Gesellschaft für Finanz- und Versorgungsberatung mbH (Osnabrück, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koehler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: FVD Gesellschaft für Finanzplanung und Vermögensberatung Deutschland mbH, li qabel kienet FVD Gesellschaft für Finanzplanung und Vorsorgemanagement Deutschland mbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Mattes u P. Heigl, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta' Novembru 2006 (Każ R 1343/2005-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn FVD Gesellschaft für Finanzplanung und Vorsorgemanagement Deutschland mbH u FVB Gesellschaft für Finanz- und Versorgungsberatung mbH.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
FVB Gesellschaft für Finanz- und Versorgungsberatung mbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |