25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2019 – L-Irlanda u Aughinish Alumina vs Il-Kummissjoni

(Kawżi Magħquda T-129/07 u T-130/07) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Direttiva 2003/96/KE - Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina - Eżenzjoni mis-sisa - Natura selettiva tal-miżura - Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent tal-2001)

(2019/C 399/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-129/07: L-Irlanda (rappreżentanti: inizjalment D. O’Hagan u E. Alkin, sussegwentement E Alkin, E. Creedon u A. Joyce, u fl-aħħar nett minn E. Alkin, A. Joyce, M. Browne u G. Hodge, aġenti, assistiti minn P. McGarry, SC)

Rikorrenti fil-Kawża T-130/07: Aughinish Alumina Ltd (Askeaton, l-Irlanda) (rappreżentanti: inizjalment J. Handoll u C. Waterson, sussegwentemt C Waterson u C. Little, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Di Bucci, N. Khan, G. Conte u K. Walkerová, sussegwentement N. Khan u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament, totali jew parzjali, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/375/KE tas-7 ta’ Frar 2007 dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal żjut minerali użati bħala karburant għal produzzjoni tal-alumina f[ir-reġjun] ta’ Gardenne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja rispettivament (C 78/2001 (ex NN 22/01), C 79/2001 (ex NN 23/01), C 80/2001 (ex NN 26/01)) (ĠU L 147, p. 29), sa fejn din tikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Irlanda, sa mill-1 ta’ Jannar 2004, abbażi tal-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina fir-reġjun ta’ Shannon (l-Irlanda) u sa fejn tordna lill-Irlanda tirkupra l-imsemmija għajnuna jew inkella tannulla jew tissospendi l-ħlas tagħha

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża T-129/07.

3)

Aughinish Alumina Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża T-130/07.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.