24.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-516/10) (1)
((“FAEGG - Taqsima ‘Gwida’ - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm ta’ inizjattiva Komunitarja Leader+ - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur tal- Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali”))
(2015/C 279/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn E. Belliard, B. Cabouat, G. de Bergues, D. Colas u C. Candat, sussegwentement minn D. Colas, C. Candat u J. S. Pilczer, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u G. von Rintelen, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni C (2010) 5724 tal-Kumissjoni (finali), tat-23 ta’ Awwissu 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Gwida”, mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.FR.060.PC.001 (France – Leader+).
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni C (2010) 5724 tal-Kumissjoni (finali), tat-23 ta’ Awwissu 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Gwida”, mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.FR.060.PC.001 (France – Leader+) hija annullata. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika Franċiża. |