7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 — Fédération internationale de football association (FIFA) vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-204/11 P) (1)

(Appell - Xandir bit-televiżjoni - Direttiva 89/552/KEE - Artikolu 3a - Miżuri meħuda mir-Renju tal-Belġju dwar l- avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru - Tazza tad-dinja tal-futbol - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni - Motivazzjoni - Artikoli 43 KE u 49 KE - “Dritt għall-proprjetà”)

2013/C 260/04

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Fédération internationale de football association (FIFA) (rappreżentanti: A. Barav u D. Reymond, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u N. Yerrell, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister), ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u M. J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn A. Joachimowicz u J. Stuyck, avukati), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski u J. Beeko, aġenti, assistiti minn T. de la Mare, QC)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 — Fédération Internationale de Football Association (FIFA) vs Il-Kummissjoni (T-385/07) li tiċħad rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/479/KE, tal-25 ta’ Ġunju 2007, dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità tal-miżuri meħuda mill-Belġju skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 180, p. 24)

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Fédération internationale de football association (FIFA) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 232, 06.08.2011.