23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Centrotherm Systemtechnik GmbH vs centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-609/11 P) (1)

(Appell - Regolamenti (KE) Nru 207/2009 u Nru 2868/95 - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali Komunitarja CENTROTHERM - Użu ġenwin - Kunċett - Mezzi ta’ prova - Affidavit - Artikolu 134(1) sa (3) tar-Regoli tal-Preċedura tal-Qorti Ġenerali - Setgħa ta’ bdil tal-Qorti Ġenerali - Portata tal-motivi u tat-talbiet magħmula minn parti intervenjenti)

2013/C 344/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Centrotherm Systemtechnik GmbH (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati, kif ukoll minn F. Schmidt, Patentenwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG (rappreżentanti: O. Löffel u P. Lange, avukati), L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011, Centrotherm Clean Solutions vs UASI (T-427/09), li permezz tagħha dan tal-aħħar annulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 6/2008-4), sa fejn din annullat parzjalment id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-30 ta’ Ottubru 2007 — Użu ġenwin mit-trade mark — Prova

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Centrotherm Systemtechnik GmbH hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti minn centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG.

(3)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 80, 17.3.2012.