11.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2015 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-538/11) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Saħħa pubblika - Għajnuna mogħtija għall-finanzjament ta’ testijiet għall-iscreening tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (EST) fl-annimali tal-ifrat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Att li jikkawża preġudizzju - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ vantaġġ - Kunċett ta’ selettività”])

(2015/C 155/24)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn L. Van den Hende, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn H. van Vliet u S. Thomas, sussegwentement minn H. van Vliet u S. Noë, bħala aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 5457 finali, tas-27 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining [screening] għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (EST) fil-bovini [annimali tal-ifrat] implimentata mill-Belġju [Għajnuna mill-Istat C 44/08 (ex NN 45/04)] (ĠU L 274, p. 36).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.