14.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/16 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Jannar 2014 – Industrias Alen SA de CV vs The Clorox Company, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-422/12 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CLORALEX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CLOROX - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Appell inċidentali - Artikolu 176 tar-Regoli tal-Proċedura - Rekwiżit li jiġi ppreżentat appell inċidentali permezz ta’ att separat))
2014/C 112/18
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Industrias Alen SA de CV (rappreżentanti: A. Padial Martinez, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: The Clorox Company (rappreżentant: S. Malynicz, barrister), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tal-10 ta’ Lulju 2012, Clorox vs UASI – Industrias Alen (CLORALEX) (T-135/11), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-16 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 521/2009-4)
Dispożittiv
1) |
L-appell prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda. |
2) |
Industrias Alen SA de CV hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn The Clorox Company. |
3) |
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |