4.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 146/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Marzu 015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Jean-Bernard Lafonta vs Autorité des marchés financiers
(Kawża C-628/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2003/6/KE - Artikolu 1(1) - Direttiva 2003/124/KE - Artikolu 1(1) - Informazzjoni kunfidenzjali - Kunċett ta’ “informazzjoni ta’ natura preċiża” - Influwenza potenzjali f’sens speċifiku fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji))
(2015/C 146/06)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jean-Bernard Lafonta
Konvenut: Autorité des marchés financiers
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) u l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/124/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2003, li timplimenta d-Direttiva 2003/6 għal dak li jikkonċerna d-definizzjoni u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali u d-definizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jeħtiġux, sabiex informazzjoni tkun tista’ titqies li hija informazzjoni ta’ natura preċiża fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li huwa possibbli li jiġu dedotti, bi grad suffiċjenti ta’ probabbiltà, li l-influwenza potenzjali tagħhom fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati tiġi eżerċitata f’sens speċifiku, ladarba dawn isiru pubbliċi.
(1) ĠU C ##, ##.