20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa (Spanja) fil-15 ta’ Mejju 2013 — Emiliano Torralbo Marcos vs Korota S.A., Fondo de Garantía Salarial

(Kawża C-265/13)

2013/C 207/47

Lingwa tal-kawża:l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Emiliano Torralbo Marcos

Konvenuti: Korota S.A. u Fondo de Garantía Salarial

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 1, 2(f), 3(1), 4(2)(a), 4(3), 5(3), 6, 7, 8(1) u 8(2) tal-Liġi 10/2012, tal-20 ta’ Novembru 2010, li tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw ċerti ħlasijiet fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja u tal-Istitut Nazzjonali tat-Tossikoloġija u tal-Ixjenza Forensika huma kompatibbli mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1) a) sa fejn dawn ma jippermettux lill-qorti nazzjonali taġġusta d-drittijiet tar-reġistru u tal-inklużjoni tal-kawża fil-lista tal-kawżi jew tinvoka raġunijiet ta’ proporzjonalità (fir-rigward tal-motivi li jiġġustifikaw l-impożizzjoni tagħhom mill-Istat u fir-rigward tal-ammont ta’ dawn id-drittijiet li jista’ jikkostitwixxi ostakolu għall-aċċess għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva), raġunijiet ta’ proporzjonalità li jippermettu li r-rikorrent jiġi eżentat mill-ħlas ta’ dawn id-drittijiet; b) sa fejn dawn ma jippermettux lill-qorti tieħu inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ effettività tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni u c) sa fejn dawn ma jippermettulhiex tevalwa l-importanza tat-tilwima għall-partijiet fid-dawl taċ-ċirkostanzi, peress li l-ħlas tad-drittijiet huwa prerekwiżit għall-preżentata ta’ appell?

(2)

L-Artikoli 1, 2(f), 3(1), 4(2)(a), 4(3), 5(3), 6, 7, 8(1) u 8(2) tal-Liġi 10/2012, tal-20 ta’ Novembru 2010, li tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw ċerti ħlasijiet fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja u tal-Istitut Nazzjonali tat-Tossikoloġija u tal-Ixjenza Forensika huma kompatibbli mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn dawn japplikaw għal proċedura speċifika bħall-proċedura ta’ applikazzjoni tad-dritt soċjali, qasam li fih id-dritt tal-Unjoni japplika normalment bħala element fundamentali ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali bilanċjat fil-Komunità?

(3)

Fid-dawl tad-domandi preċedenti, qorti bħall-qorti tar-rinviju tista’ ma tapplikax leġiżlazzjoni bħal-leġiżlazzjoni inkwistjoni li ma tippermettix lill-qorti nazzjonali: a) taġġusta d-drittijiet tar-reġistru u tal-inklużjoni tal-kawża fil-lista tal-kawżi jew tinvoka raġunijiet ta’ proporzjonalità (fir-rigward tal-motivi li jiġġustifikaw l-impożizzjoni tagħhom mill-Istat u fir-rigward tal-ammont ta’ dawn id-drittijiet li jista’ jikkostitwixxi ostakolu għall-aċċess għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva), raġunijiet ta’ proporzjonalità li jippermettu li r-rikorrent jiġi eżentat mill-ħlas ta’ dawn id-drittijiet; b) sa fejn dawn ma jippermettux lill-qorti tieħu inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ effettività tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni u c) sa fejn dawn ma jippermettulhiex tevalwa l-importanza tat-tilwima għall-partijiet fid-dawl taċ-ċirkostanzi, peress li l-ħlas tad-drittijiet huwa prerekwiżit għall-preżentata ta’ appell?


(1)  ĠU 2000, C 364, p. 1.