21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fis-16 ta’ Lulju 2013 — Lisa Kelly vs Minister for Social Protection
(Kawża C-403/13)
2013/C 274/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lisa Kelly
Konvenut: Minister for Social Protection
Domandi preliminari
(1) |
Meta persuna impjegata residenti fi Stat Membru A, li eżerċitat attività bħala persuna impjegata suġġetta għall-assigurazzjoni f’dan l-Istat matul kważi tliet snin, għamlet l-aħħar sitt xhur ta’ attività bħala persuna impjegata suġġetta għall-assigurazzjoni fi Stat Membru B, it-talba sussegwenti għal benefiċċji soċjali minħabba li din il-persuna mardet għandha tiġi rregolata (i) mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru B għall-finijiet tal-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1)? jew (ii) mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru A, fejn hija tirresjedi għall-finijiet tal-Artikolu 11(3)(e)? |
(2) |
Jekk jitqies li l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru B tirregola t-talba, il-fatt li l-persuna inkwistjoni ma tista’ tibbenefika minn ebda benefiċċju soċjali, filwaqt li s-sitwazzjoni tkun differenti li kieku l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tirresjedi (Stat Membru A) tiġi applikata għat-talba, huwa rilevanti fl-evalwazzjoni tal-ewwel domanda? |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).