21.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/30 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Europol
(Kawża F-66/13)
2013/C 274/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt għal żmien determinat tar-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni meħuda mill-konvenut fit-28 ta’ Settembru 2012 li permezz tagħha l-konvenut informa lir-rikorrent li huwa ma kienx ser iġedded il-kuntratt tiegħu għal żmien determinat li kien jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012, kif ukoll id-deċiżjoni li tikkonferma r-rifjut tal-ilment tar-rikorrent, meħuda fid-9 ta’ April 2013; |
— |
jikkundanna lill-konvenut sabiex iħallas lir-rikorrent id-differenza bejn, minn naħa, l-ammont tar-remunerazzjoni li huwa kien ikun intitolat għaliha li kieku baqa’ impjegat fi ħdanu u, min-naħa l-oħra, l-ammont tar-remunerazzjoni, tal-onorarji, tal-allowances tal-qgħad jew ta’ kull allowance alternattiva oħra li huwa fil-fatt irċieva mill-1 ta’ Jannar 2013 bħala sostitut għar-remunerazzjoni li kien jirċievi bħala membru tal-persunal temporanju; |
— |
jikkundanna lil Europol għall-ispejjeż. |