22.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – Horno del Espinar (Castello)
(Kawża T-715/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Castello - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Castelló - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt ta’ smigħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 205/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter, M. Kefferpütz u A. Marx, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Horno del Espinar, SL (El Espinar, Spanja)
Suġġett
Rikors kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2338/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar, SL u Lidl Stiftung & Co. KG.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2338/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar, SL u Lidl Stiftung & Co. KG, hija annullata. |
2) |
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż. |