16.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/30 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2013 — 1. garantovaná vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-42/13)
2013/C 79/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: 1. garantovaná a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: M. Powell, Solicitor, G. Forwood, Barrister, M. Staroň u P. Hodál, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tannulla l-ittra tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2012, fil-Każ COMP/39.396 — Karbur tal-Kalċju, sa fejn hija:
|
— |
Tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma kellha l-ebda bażi legali sabiex timponi interessi fir-rigward tal-perijodu kopert mid-digriet għal miżuri provviżorji ex parte, billi d-digriet għal miżuri provviżorji ex parte tal-20 ta’ Ottubru 2009 issospenda l-applikazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2009) 5791 sa fejn kien jirrigwarda lir-rikorrenti. Bħala tali, il-multa ma saritx “dovuta” skont it-tifsira tal-Artikolu 79(ċ) tar-Regoli ta’ Implementazzjoni (1). Skont il-prinċipju ta’ accessorium sequitur principale, l-interessi marbutin mal-multa jistgħu biss jibdew jakkumulaw mid-data li fiha l-multa hija dovuta. |
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li, fir-rigward tal-perijodu kopert mid-digriet għal miżuri provviżorji, l-applikazzjoni tar-rata ta’ interessi bħala penali ta’ 4.5 % kienet tikser l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti, billi d-digiriet għal miżuri provviżorji tat-2 ta’ Marzu 2011 issospenda l-obbligu fuq ir-rikorrenti li tipprovdi garanzija bankarja sabiex tevita l-irkupru immedjat tal-multa imposta fuqha permezz tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2009) 5791. Din qiegħdet lir-rikorrenti fl-istess pożizzjoni li kienet tkun fiha, li kieku pprovdiet garanzija bankarja. Ir-rikorrenti kienet għalhekk intitolata li tibbaża fuq aspettattiva leġittima, maħluqa mill-ittra tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2009 li tinnotifika d-Deċiżjoni C(2009) 5791, li l-interessi fuq il-multa kellhom jitħallsu bir-rata stabbilita fl-Artikolu 86(5) tar-Regoli ta’ Implementazzjoni. |
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-applikazzjoni tar-rata ta’ interessi bħala penali ta’ 4.5 % għall-perijodi koperti mid-digrieti għal miżuri provviżorji ċċaħħad lid-digrieti għal miżuri provviżorji mill-effett prattiku tagħhom, billi r-raġunament għaż-żewġ rati ta’ interessi li jinsab fl-Artikoli 86(2)(b) u 86(5) tar-Regoli ta’ Implementazzjoni huwa sabiex jinċentivaw impriżi li jipprovdu garanzija bankarja, u, bil-maqlub, sabiex jippenalizzaw lil min jirrifjuta jħallas il-multa meta ssir dovuta, jew li jirrifjutaw li jipprovdu garanzija bankarja xierqa. Ir-rikorrenti ma għandhiex tkun ippenalizzata bl-impożizzjoni ta’ rata ta’ interessi punittiva talli ma pprovdietx garanzija bankarja, f’ċirkustanzi meta (i) il-Qorti tal-Ġustizzja ssospendiet l-applikazzjoni tal-multa, u (ii) iddeċidiet li kien oġġettivament impossibbli għar-rikorrenti li tipprovdi garanzija bankarja. |
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-applikazzjoni tar-rata ta’ interessi bħala penali ta’ 4.5 % għall-perijodi koperti mid-digrieti għal miżuri provviżorji tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ikun sproporzjonat li kieku r-rikorrenti tiġi ppenalizzata permezz tal-applikazzjoni ta’ interessi b’rata pprovduta fl-Artikolu 86(2)(b) tar-Regoli ta’ Implementazzjoni, f’ċirkustanzi fejn (i) il-multa ma hijiex infurzabbli, u (ii) il-ġudikatura tal-UE stabbiliet li ma tistax tħallas il-multa jew tipprovdi garanzija bankarja xierqa. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145), kif emendat.