1.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Torino – l-Italja) – Ford Motor Company vs Wheeltrims srl

(Kawża C-500/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Disinni - Direttiva 98/71/KE - Artikolu 14 - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikolu 110 - Il-klawsola msejħa ‘ta’ tiswija’ - L-użu ta’ terzi minn trade mark, fin-nuqqas ta’ kunsens min-naħa tal-proprjetarju, għall-partijiet ta’ bdil jew għall-aċċessorji tal-vetturi bil-mutur identiċi għal prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark])

(2016/C 038/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ford Motor Company

Konvenuta: Wheeltrims srl

Dispożittiv

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ disinni u l-Artikolu 110 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinni Komunitarji għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jawtorizzawx, permezz ta’ deroga għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, manifattur ta’ partijiet ta’ bdil u ta’ aċċessorji għall-vetturi bil-mutur, bħaċ-ċentri tar-roti, li jwaħħal fuq il-prodotti tiegħu sinjal identiku għal trade mark irreġistrata, fost affarijiet oħra għal dawn il-prodotti, minn produttur ta’ vetturi bil-mutur, mingħajr ma jinkiseb il-kunsens minn dan tal-aħħar, peress li l-użu b’hekk magħmul ta’ din it-trade mark jikkostitwixxi l-uniku motiv li tissewwa l-vettura kkonċernata billi tiġi rrestawrata lilha, bħala prodott kumpless, id-dehra oriġinali tagħha.


(1)  ĠU C 46, 9.2.2015.