19.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Brașov (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Frar 2014 – Mihai Manea vs Instituția Prefectului – județul Brașov – Serviciul public comunitar regim permise de conducere și înmatriculare a vehiculelor
(Kawża C-76/14)
2014/C 151/12
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Brașov
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mihai Manea
Konvenut: Instituția Prefectului – județul Brașov – Serviciul public comunitar regim permise de conducere și înmatriculare a vehiculelor
Domandi preliminari
1) |
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 u tal-għan tat-taxxa prevista minn din il-liġi, huwa neċessarju li jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru tal-Unjoni jistabbilixxi taxxa fuq l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa applikabbli għall-vetturi bil-mutur barranin kollha mar-reġistrazzjoni tagħhom fl-imsemmi Stat, taxxa li hija applikabbli wkoll mat-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq il-vetturi bil-mutur nazzjonali, bl-eċċezzjoni tal-każ fejn tali taxxa jew taxxa simili tkun diġà tħallset? |
2) |
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 u tal-għan tat-taxxa prevista minn din il-liġi, huwa neċessarju li jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru tal-Unjoni jistabbilixxi taxxa fuq l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa applikabbli għall-vetturi bil-mutur barranin kollha mar-reġistrazzjoni tagħhom fl-imsemmi Stat, taxxa li, fil-każ ta’ vetturi bil-mutur nazzjonali, hija dovuta biss mat-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq tali vettura, li għandu bħala konsegwenza li vettura barranija ma tistax tintuża mingħajr ħlas tat-taxxa, filwaqt li vettura nazzjonali tista’ tintuża b’mod illimitat fiż-żmien mingħajr ħlas tat-taxxa, sal-mument tat-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq l-imsemmija vettura, jekk iseħħ tali trasferiment? |