26.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/46 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-108/14)
(2015/C 026/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni ta’ akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fir-rigward tat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, skont id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet
— |
jiddikjara li l-Artikolu 9 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali; |
— |
jannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014 li takkredita d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni tal-Artikoli 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011; |
— |
tikkundanna lil Il-Kummissjoni għall-ispejjeż. |