29.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali fid-19 ta’ Mejju 2015 – Swatch vs UASI – Panavision Europe (SWATCHBALL)

(Kawża T-71/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SWATCHBALL - Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi u trade marks internazzjonali verbali u figurattivi SWATCH u swatch - Raġuni relattiva għal rifjut - Ksur tar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 213/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Swatch AG (Biel, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Panavision Europe Ltd (Greenford, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal 11 ta’ Novembru 2013 (Każ R 470/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Swatch AG u Panavision Europe Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Swatch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 28.04.2014.