13.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/13 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2015 – Ackermann Saatzucht et vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-559/14) (1)
([“Rikors għal annullament - Regolament (UE)Nru 511/2014 - Miżuri li jikkonċernaw l-osservanza mill-utenti fl-Unjoni tal-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi u l-qsim ġust u ekwu ta’ benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tagħhom - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”])
(2015/C 228/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ackermann Saatzucht GmbH & Co.KG (Irlbach, il-Ġermanja) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness għad-digriet (rappreżentanti: P. de Jong, P. Vlaemminck u B. Van Vooren, avukati)
Konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, J. Rodrigues u R. Van de Westelaken, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u M. Simm, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar miżuri ta’ konformità għall-utenti mill-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni (ĠU L 150, p. 59).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa mill-European Seed Association (ESA). |
3) |
Ackermann Saatzucht GmbH & Co. KG u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeżi rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |