15.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 59/18 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-673/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Trasport - Stabbiliment ta’ Airport Handling SpA - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Miżuri ta’ għajnuna eżegwiti kompletament fid-data tal-preżentata tar-rikors - Inammissibbiltà))
(2016/C 059/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino u A. De Stefano, avvocati dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 4537 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, dwar l-istabbiliment tal-kumpannija Airport Handling [għajnuna mill-Istat SA.21420 (2014/C)(ex 20 14/NN)(ex 20 13/PN)]
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud għaliex inammissibbli. |
2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |