8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – proċedura mibdija minn C

(Kawża C-122/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni skont l-età - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikoli 2, 3 u 6 - Differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, f’ċerti ċirkustanzi, livell ogħla ta’ intaxxar tad-dħul minn pensjonijiet tal-irtirar milli mid-dħul minn salarji - Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 - Kompetenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-tassazzjoni diretta))

(2016/C 287/14)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Parti fil-kawża prinċipali

C

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar taxxa addizzjonali fuq id-dħul minn pensjonijiet tal-irtirar, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-direttiva u, konsegwentement, tal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 171, 26.5.2015.