8.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 5/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Viasat Broadcasting UK Ltd vs TV2/Danmark A/S, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka
(Kawża C-657/15 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - L-Artikolu 107(1) TFUE. - Servizz pubbliku ta’ xandir - Miżuri adottati mill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tax-xandar Daniż TV2/Danmark - Kunċett ta’ “għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” - Sentenza Altmark)
(2018/C 005/06)
Lingwa tal-proċedura: id-Daniż
Partijiet
Appellanti: Viasat Broadcasting UK Ltd (rappreżentanti: M. Honoré u S. Kalsmose-Hjelmborg, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: TV2/Danmark A/S (rappreżentanti: O. Koktvedgaard, avukat), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, T. Maxian Rusche u L. Grønfeldt, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Thorning, aġent, assistit minn R. Holdgaard, avukat)
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2015, TV2/Danmark A/S vs Il-Kummissjoni (T-674/11, EU:T:2015:684) hija annullata sa fejn annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C-2/03) għal TV2/Danmark, inkwantu l-Kummissjoni Ewropea kienet ikkunsidrat li d-dħul mir-reklamar għas-snin 1995 u 1996 imħallas lil TV2/Danmark permezz tal-Fond TV2 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn TV2/Danmark A/S kontra d-Deċiżjoni 2011/839 huwa miċħud. |
4) |
TV2/Danmark A/S għandha tbati minbarra l-ispejjeż tagħha stess, nofs ta’ dawk sostnuti minn Viasat Broadcasting UK Ltd fil-kuntest ta’ dan l-appella kif ukoll it-totalità ta’ dawn sostnuti minnha fl-ewwel istanza. |
5) |
Viasat Broadcasting UK Ltd għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha f’dan l-appell. |
6) |
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |