22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ April 2015 – Elektriciteits Produktiemaatschappij Zuid-Nederland EPZ NV vs Bestuur van de Nederlandse Emissieautoriteit

(Kawża C-158/15)

(2015/C 205/25)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elektriciteits Produktiemaatschappij Zuid-Nederland EPZ NV

Konvenut: Bestuur van de Nederlandse Emissieautoriteit

Domandi preliminari

1)

Sitwazzjoni, bħal dik tal-każ ineżami, fejn karbonju jinżamm f’park tal-karbonju li minnu joħorġu emissjonijiet CO2 ikkawżati minn proċess ta’ tisħin, fejn iċ-ċentru tal-park tal-karbonju jkun jinsab f’distanza ta’ madwar 800 metru mil-limitu tal-installazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-karbonju, fejn iż-żewġ terreni jkunu sseparati wieħed mill-ieħor permezz ta’ triq pubblika u fejn il-karbonju huwa ttrasportat mis-sit fejn jinżamm għall-installazzjoni permezz ta’ makkinarju fl-għamla ta’ conveyor belt li jaqsam it-triq, taqa’ taħt il-kunċett ta’ installazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2003/87/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE?

2)

It-termini “karburant esportat mill-installazzjoni”, li jidhru fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) tal-Kummissjoni Nru 601/2012 (2), tal-21 ta’ Ġunju 2012, dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jipprevedu s-sitwazzjoni, bħal dik tal-każ ineżami, fejn kwantità ta’ karbonju tintilef b’kombustjoni matul il-perijodu taż-żamma tagħha fil-park tal-karbonju minħabba proċess ta’ tisħin?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.

(2)  ĠU L 181, p. 30.