30.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/79 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-123/15)
(2015/C 398/94)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/293/14 li lir-rikorrent ma jingħatalux numru ta’ punti suffiċjenti sabiex jiġi ammess fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.
Talbiet
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ġunju 2015 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/293/14 irrifjuta l-ammissjoni tar-rikorrent għall-eżamijiet tal-għażla organizzati fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |