29.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/36


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2015 – Deza vs ECHA

(Kawża T-115/15 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - REACH - Inklużjoni tas-sustanza kimika bis(2-etileżil) ftalat (DEHP) fil-lista ta’ sustanzi kandidati - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”])

(2015/C 213/61)

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Dejl, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u T. Zbihlej, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tal-ECHA ED/108/2014, tat-12 ta’ Diċembru 2014, li taġġorna, b’mod partikolari, għas-17 ta’ Diċembru 2014, l-entrata eżistenti dwar is-sustanza kimika bis(2-etileżil) ftalat (DEHP) fil-lista tas-sustanzi kandidati bil-għan ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tar- Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (verżjoni rrettifikata ĠU 2007. L 136, p. 3), kif emendata.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.