28.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/30 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill
(Kawża T-207/15 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2015/C 320/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: National Iranian Tanker Company (Teran, l-Iran) (rappreżentanti: T. de la Mare, QC, M. Lester, J. Pobjoy, barristers, R. Chandrasekera, S. Ashley u C. Murphy, solicitors)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Rouam u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/236, tat-12 ta’ Frar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 39, p. 18), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/230, tat-12 ta’ Frar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 39, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |