25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2019 – Haswani vs Il-Kunsill

(Kawża T-231/15 RENV) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Adattament tar-rikors - Ammissibbilità - Ħtieġa ta’ adattament tal-motivi u tal-argumenti - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

(2019/C 399/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: George Haswani (Yabroud, is-Sirja) (rappreżentant: G. Karouni, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sikora-Kalėda u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Havas, R. Tricot u A. Bouquet, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383 tas-6 ta’ Marzu 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015, L 64, p. 41), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375 tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2015, L 64, p. 10), tad- Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/837 tat-28 ta’ Mejju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015, L 132, p. 82), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/828 tat-28 ta’ Mejju 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2015, L 132, p. 3), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840 tas-27 ta’ Mejju 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 30), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sofra minħabba dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

George Haswani għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk imġarrba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawżi C-313/17 P u T-231/15 RENV.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha mġarrba fil-Kawżi C-313/17 P u T-231/15 RENV.


(1)  ĠU C 213, 29.6.2015.