6.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 178/18 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2017 – LG Electronics vs EUIPO – Cyrus Wellness Consulting (Viewty GT)
(Kawża T-534/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 178/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cyrus Wellness Consulting GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Wulff u U. Hildebrandt, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Ġunju 2015 (Każijiet magħquda R 1937/2014-2 u R 1564/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cyrus Wellness Consulting GmbH u LG Electronics, Inc.
Dispożittiv
1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
2) |
LG Electronics, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Cyrus Wellness Consulting GmbH. |