24.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/42 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015– Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-327/15)
(2015/C 279/52)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, O. Tsirkinidou u A.E. Vasilopoulou)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Marzu 2015, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fl-għajnuna tal-FAEGG, Taqsima “Gwida”, mogħtija fil-programm operattiv CCI No2000GR061PO021 (GREĊJA – Objettiv 1 – Rikostruzzjoni rurali), tal-ammont ta’ EUR 7 2 1 05 592,41, innotifikata bid-dokument numru C (2015) 1936 finali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv isostni li d-deċiżjoni kkontestata hija nieqsa minn bażi legali, peress li l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1), li fuqu hija bbażata, tħassar, sa fejn hija tikkonċerna t-Taqsima “Gwida” tal-FAEGG (l-ewwel parti tal-ewwel motiv) u, fi kwalunkwe każ, il-kundizzjonijiet legali li jippermettu li l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jintuża bħala bażi legali, ma humiex sodisfatti minn qabel (it-tieni parti tal-ewwel motiv.) |
2. |
It-tieni motiv isostni, b’mod sussidjarju għall-ewwel motiv, li l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata teċċedi l-kompetenza ratione temporis tal-Kummissjoni (l-ewwel parti tat-tieni motiv), jew li hija ġiet adottata b’mod tardiv u bi ksur ta’ rekwiżiti proċedurali fundamentali, b’tali mod li hija tikkostitwixxi ksur tad-dritt għal smiegħ tar-Repubblika Ellenika u tad-drittijiet tad-difiża tagħha (it-tieni parti tat-tieni motiv). |
3. |
It-tielet motiv isostni li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ ċertezza legali u aspettattivi leġittimi mħaddan mill-Istat Membru. |
4. |
Ir-raba’ motiv isostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ ne bis in idem permezz tal-impożizzjoni ta’ diversi korrezzjonijiet u, fi kwalunkwe każ, il-korrezzjoni finanzjarja imposta hija totalment sproporzjonata, b’tali mod li għandha tiġi annullata. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31).