1.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/73


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2015 – Pharm-a-care Laboratories vs UASI – Pharmavite (VITAMELTS)

(Kawża T-713/15)

(2016/C 038/99)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pharm-a-care Laboratories Pty. Ltd (Sydney, l-Awstralja) (rappreżentant: I. De Freitas, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pharmavite LLC (California, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “VITAMELTS”/Trade mark Komunitarja Nru 11 403 581

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-10.9.2015 fil-Każ R 2649/2014-1

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonferma fl-intier tagħha d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni hekk li t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 8627 C tiġi annullata;

tikkundanna lill-UASI u lil Pharmavite LLC għall-ispejjeż.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nruo207/2009. Il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi meta kkonstata li r-rikorrenti kienet aġixxiet b’mala fide fil-waqt tat-talba għal reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata;

id-deċiżjoni kkontestata tibbaża ruħha parzjalment fuq il-ksur tar-rekwiżit proċedurali essenzjali, jiġifieri l-fatt li r-rikorrenti ma ngħatatx l-opportuinità li tieħu deċiżjoni dwar il-provi ppreżentati mill-persuna li tkun qegħda titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità.