11.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 300/8 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017 – Olga Stanislavivna Yanukovych, fil-kwalità ta’ eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-505/16 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Adattament tat-talbiet - Nota ppreżentata f’isem u għan-nom tar-rikorrent li miet))
(2017/C 300/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Olga Stanislavivna Yanukovych, fil-kwalità ta’ eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych (rappreżentant: T. Beazley, QC)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mahnič Bruni u J.-P. Hix, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Bartelt u J. Norris-Usher, sussegwentement minn E. Paasivirta u J. Norris-Usher, aġenti)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Olga Stanislavivna Yanukovych hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |